U meta waslu fil-post, li jghidulu l-kalvarju, hemm salbu lilu, u lill-hatjin, wiehed fil-lemin, u l-iehor fix-xellug. (Luqa 23:33)
Ghad li ahna ghandna tendenza naqsmu lill-umanita f’diversi manjieri, f’ghajnejn il-Hallieq taghna jinsabu zewg kategoriji biss. Il-mitluf u l-midfi. Izda x’iwassal ghas-salvazzjoni jew kundanna? Id-differenza hi l-attitudni tieghek lejn l-iben t’Alla. Il-weghda tieghu hi li jekk tircievi lill-Mulej Gesu Kristu bhala Salvatur tieghek issalva. Jekk tichad jew anke na taghix kaz tibqa f’mewt spirituali, isseparat minn Alla.
KRISTU L-BNIEDEM-ALLA
l-istoricita ta’ Gesu minn Nazaret ma jichadha hadd. Bhalma ezita Gulju Cesri, ezista wkoll Bniedem li ghal snin twal hadem bhala mastrudaxxa. Fl-ahhar tlett snin u nofs kellu ministeru pubbliku u spicca mislub bhala kriminal. Harsa lejn hajtu, il-mirakli u d-duttrina tieghu jisforzawk tammetti l-Persuna unika tieghu. Anke llum, trid jew ma tridx, kull meta tikteb ittra u tnizzel id-data, tivverifika li Gesu ghex fuq din l-art. L-influenza tieghu hi mifrixa wisq. Tassew, meta nezaminaw l-Iskrittura, nindunaw li Gesu mhux semplici bniedem, izda Alla nnifsu f’sura ta’ bniedem, barra d-dnub. Ikkunsidra x’sahaq fuqu nnifsu:
Jiena titriq, u s-sewwa, u l-hajja: hadd ma jigi ghand il-Missier hlief bija. (Gwanni 14:6).
IL- MEWT TIEGHU TIFRED
Gesu qasam l-umanita’ fi tnejn. Fuq il-Kalvarju, zewgt irgiel ohra kienu msallba mieghu, rapprezentanti vivaci taghna lkoll. Xwassal biex wiehed spicca l-oppost ta’ l-iehor? Fl-ahhar mill-ahhar it-tnejn kienu that l-istess madmad ta’ dnub, ilsiera tal-passjonijiet hziena taghhom. Ma nsibu ebda suggeriment li wiehed kien moralment ahjar mill-iehor. Izda llum hemm daghbien infinit bejniethom u dan ghal raguni wahda biss: l-attitudni taghhom lejn Dak mislub bejniethom. It-tnejn kienuugwalment hatja: wiehed fada ruhu f’idejn il-Mulej Gesu Kristu, l-iehor cahdu. Ma’ min tidentifika ruhek int?
IL-HALLIEL MITLUF
Osserva l-karatteristici ta’ dan ir-ragel, u tinnota kif wiehed jista’ facilment,
1. Jichad lil Kristu fis-siegha tal-mewt
2. Ikun tant qrib il-feddej u xorta jintilef
3. Ikun jixtieq u sahansitra jitlob lil Kristu jsalvah u xorta jintilef.
CAHDA WAQT IL-MEWT
Hu car li dan il-halliel cahad lil Kristu sa l-ahhar mumenti ta’ hajtu. Meta l-mewt kienet imdendla fuq rasy u bla l-icken tama, baqa bi stima baxxa tal-Feddej u ma qiesu xejn. Bhalu jaghmlu ohrajn. Probabbilment kien sema’ b’Gesu u dwar il-missjoni tieghu. Kliemu stess jaghtina x’nifhmu hekk: “Jekk int il-Kristu, salva lilek innifsek u lilna” (Luqa 23:39). Izda l-konverzjoni tieghu baqghet ma sehhitx. Siehbu kkonverta, iva, u jien perswaz li l-Bibbja ssemmilna din l-unika konverzjoni f’tarf il-mwet biex hadd ma jiddispra, izda wahda biss sabiex hadd ma jissogra jkun pruzuntuz. Illum il-gurnata tieghek; m’ghandekx tipposponi d-decizjoni tieghek; “Jekk illum tisma’ lehnu, la twebbisx qalbek” (Lhud 3: 7-8). Jekk tichad repettivament, taghmel xierfa l-kuxjenza tieghek. Ichad illum, u ghada jkun ehfef terga tichad.
QRIB IZDA MITLUF
Mhux bizzejjed li tkun qrib. Tista titwieled f’familja Nisranija, minn tfulitek titghallem titlob u tmur il-knisja u xorta ma ssalvax. Min jaf kemm il-darba hassejtek qrib il-Mulej! Forsi l-mewt ta’ xi qarib tieghek gabitek f’sensik u wrietek il-qosor tal-hajja. Hassejt li jehtieg tkun imhejji ghall-eternita. U bqajt passia: dahlet l-indifferenza, iz-zmien nessiek kollox u l-konvinzjoni hallietek. Jew forsi c-cirkostanzi qieghdin juruk li mhux li tassumi li int salvat jghodd izda jekk ghandekx relazzjoni personali ma’ Gesu. Int u taqra dan il-messagg, ftakar li tista tkun l-ahhar darba li Alla qed jistiednek. Ghaliex mela ma tkkonsidrax bis-serjeta lil Gesu bhala s-salvatur tieghek?
JITLOB IZDA MITLUF
Dan il-halliel ried isalva, tant li talab lil Gesu jsalvah, izda baqa mitluf. Tassew tragedja. Isma kif indirizza lil Gesu; “U wiehed minn dawk il-hatjin li kienu ndendlin beda jghajru, billi qal: Jekk int il-Kristu, SALVA LILEK INNIFSEK U LILNA” (Luqa 23:39).
Baqa’ mitluf ghax irrifjuta l-mod li Alla hejja ghalih u fittex il-mod popolari, skond il-filosifija tad-dinja. Kristu, fil-mewt tieghu, kien isalvah, izda ma gharafx li Gesu kien il-vittma innocenti, offrut minhabba d-dnub ta’ kulhadd. Gesu hu s-sostitut taghna. Dahal responsabli ghad-dejn taghna u hallas b’demmu stess; bil-griehi tieghu ahna konna mfejqa. Hafna teologi llum ihambqu li ghandna nimxu fuq l-ezempju ta’ Kristu u jinsew li hu essenzjalment miet minflokna. Hawn zbalja l-halliel. Sincerament ried ialva, izda mhux bis-salib ta’ Kristu. Ghalhekk qal, “Salva lilek innifsek u lilna”. Triq wahda u perfetta pprovdielna Alla. F’imhabbtu tana ‘l ibnu. Bl-irxoxt trijonfanti tieghu, Kristu jaghtina prova li s-sagrificcju tieghu hu accettat, u ahna accettati fih. Din hi d-deskrizzjoni li ta San Pawl meta wiehed ikun salvat; hu jghid li sar haga wahda mal-Feddej fil mewt u l-irxoxt tieghu.
“Jien imsallab ma’ Kristu; madankollu jien nghix; imma mhux jien, imma Kristu jghix fija: u l-hajja li issa nghix fil-gisem nghixha bil-fidi ta’ l-Iben t’Alla, li-habbni, u ta lilu nnifsu ghalija”. (Galatin 2:20).
IL-HALLIEL SALVAT
Iz-zewg hallelin imsallba ma’ Gesu kienu ribelli, ikkundannati ghall-mewt. Meta niltaqghu maghhom nisimghuhom it-tnejn izebilhu lil Gesu. Hi l-attitudni taghhom li fl-ahhar mill-ahhar ghamlet id-differenza kola. Wiehed approprija GHALIH INNIFSU LIL Gesu; l-iehor cahdu. Ara l-imgieba tal-halliel “it-tajjeb”. 1. Kellu l-biza’ t’Alla. 2. Ammetta li kien midneb. 3. Gharaf li Kristu kien bla dnub. 4. Stqarru bhala Feddej. 5. Emmen fil-qawmien mill-mewt ta’ Kristu.
ALLA HU QADDIS
Issib min jipprova jghidlek li Alla ma jasalx jikkastiga l0hziena, I l-idea ta gudizzu hi barra min lokha fil-kultura u c-civilta’ moderna. Izda kull Nisrani jaghraf li Alla hu gust u qaddis daqskemm hu mhabba. Il-halliel li niedem kellu l-biza’ t’Alla. Lil siehbu qallu: “Ma tibzax minn Alla?” Mhix superstizzjoni tishaq li Alla se juri l-korla u l-ghadab tieghu lil kull min iwarrab ir-ragel tas-salvazzjoni li jixtieq jaghtina. Meta jidher Gesu fit-tieni migja tieghu: “Jithallas minndawk li ma jaghrfux ‘l-Alla, u li ma jisimghux mill-evangelju ta’ Sidna Gesu Kristu: li jithallsu bit-telfien ta’ dejjem minn quddiem wicc il-Mulej, u mill-glorja tas-setgha tieghu.” (2 Tessalonkin 1:8-9).
Habib, hu t-twiddiba minn fomm il-halliel it-tajjeb: “Ma tibzax minn Alla?” X’taghmel meta tidher quddiem Alla minghajr il-Medjatur? Kif tista tinheba mill-ghajn penetranti t’Alla meta tieqaf quddiemu biex taghti kont?
MA HARABX MILL-HTIJA TIEGHU
Innota kif ammetta bla ebda riserva d-dnub tieghu. Ma tibsax minn Alla, tara li qieghed that kundanna? U tassew li ahna hawn bil-haqq; ghax ahna qieghdin niehdu dak li jisthoqq eghmilna… (Luqa 23:40-41).
Alla jridek taghraf kemm hu perfett u qaddis, u kemm minn naha l-ohra int midneb. Qabel ma tammetti li int midneb, ma tistax issalva. Il-halliel ma qaghadx jahbi. Kristu stess qal: “Ma gejtx insejjah lil nies gusti, izda l-midinbin ghall-indiema”. San Pawl iddikjara bil-miftuh: “Din hi kelma vera, u ta’ min jilqaghha ghalkollox: Kristu Gusu gie fid-dinja BIEX ISALVA L-MIDINBIN, LI FOSTHOM JIEN L-EWWEL WIEHED”. (1 Timotju 1:15).
Tipprovax tghatti l-hazen u l-korruzzjoni tieghek b’opri tajba. Kun sincier mieghek innifsek u ma’ Alla, u taghraf kemm inqastu.
GHARAF LI KRISTU HU BLA DNUB
Il-halliel niedem gharaf li Kristu kien minghajr l-icken tebgha ta’ dnub. Hu qal….
“ dan m’ghamel xejn hazin”. (Luqa 23:41). Kristu osserva l-ligi perfettament; qatt ma falla fl-inqas punt. Dan hu importanti ghaliex ir-Rapprezentant taghna ma setax jidhol ghalina fid-djufija taghna jekk hu nnifsu kien imjassar mid-dnub.
“Ghax kien jaqblilna jkollna qassis kbir bhal dan, li hu qaddis, bla htija, mifrud mill-midinbin, u mgholli aktar ‘il fuq mis-smewwiet. Li m’ghandux bzonn ta’ kuljum, bghal dawk il-qassisin il-kbar, joffri sagrificcju, l-ewwel ghal dnubietu u mbaghad ghal dawk tal-poplu; ghax dan ghamlu darba, meta offra lilu nnifsu. (Lhud 7:26-27).
ZAMMU BHALA SALVATUR TIEGHU
L-gharfien tal-halliel li Gesu kien qaddis wasslu biex jara fi kristu s-Sostitut tieghu. Hu sinifikanti tassew li l-halliel sejjahlu “Gesu”. L-isem Gesu jfisser Salvatur. Isalva min xiex? Meta l-anglu deher lil Guzeppi, tkellem hekk, “U (Marija) tiled iben; u int issemmih Gesu; ghax hu jehles il-poplu tieghu MINN DNUBIETHOM”. (Mattew 1:21)
Il-problema tieghek hi d-dnub, u r-rimedju jinsab biss fi Kristu, il-Qaddis t’Alla. Hu li kien bla dnub tghabba bi dnubietna u hareg rebbieh fuqhom. Lill-Insara San Pawl jikteb hekk, “U lilkom, billi kontu mejtin fi dnubietkom u n-nuqqas tac-cirkoncizjoni ta’ gisimkom, takom il-hajja flimkien mieghu, u hafrilkom id-dnubiet kolla” (Kolossin 2:13).
Il-halliel ma seta jaghamel xejn kif kien marbut u msammar konsegwenza tas-serq u l-atti hziena tieghu. Lanqas int ma tista’ taghamel xejn: bid-dnub tieghek qed tisraq kontinwament lil Alla mill-glorja tieghu. Ma tistax tpatti lanqas ghal dnub wiehed biss. Li tista’ taghmel hu kif il-halliel: EMMEN F’GESU! Innuqqas tieghek issibu fih. “Ghax BIL-GRAZZJA intom salvati, PERMEZZ TAL-FIDI: u dan mhux minkom infuskom: dan hu dan t’Alla: mhux mill-opri, biex hadd jiftahar” (Efesin 2:8-9).
X’rikkezzi divini! Kristu ma qaghadx iqis tieghu, izda ftaqar minhabba fina fil-faqar tieghu insiru sinjuri. Izaija habbar fuq il-Haruf t’Alla, u ra fih it-tpattija ghan-nuqqasijiet taghna kollha. “Tassew hu rafa’ l-mard taghna, u tghabba bl-ugigh taghna; u ahna hsibnieh milqut, midrub minn Alla, u umiljat! Hu kien migruh MINNHABBA HTIJIETNA, mishuq minhabba l-hazen taghna: il-kastig, li bih ghandna s-sliem kien fuqu; u BIL-FLAGELLAZJONI TIEGHU AHNA FIQNA. Bhal nghag ahna lkoll intlifna; kulhadd sejjer ghal triqtu, u L-MULEJ TAFA’ FUQU L-HAZEN TAGHNA LKOLL (Izaija 53:4-6).
EMMEN FL-IRXOXT TA’ KRISTU
GESU, TFAKAR FIJA META TIDHOL FIS-SALTNA TIEGHEK. (Luqa 23:42).
Min hawn nindunaw kemm il-halliel kien jemmen fil-qawmien mill-mewt. Gesu kien qed imut; minkejja dan, qallu, “meta tidhol fis-saltna tieghek.” San Pietru wkoll, fl-ewwel priedka tieghu, fisser li l-mewt ma setghetx zzomm lil Kristu fl-irbit taghha,
(David), billi ra minn qabel dan, tkellem fuq il-qawmien ta’ Kristu, li ruhu ma thallietx fl-imwiet, u lanqas gismu ma ra tahsir. Dan Gesu qajmu Alla, li tieghu ahna lkoll xhud. (Atti 2:31-32).
Hawn tinsab il-prova li Gesu hu l-qawmien u l-hajja. Ghalhekk min jemmen fih, anke jekk imut, jghix, u min jghix ma jmut qatt. Ghandek fidi genwina u shiha li Kristu rega’ qam? Gesu gharaf if-fidi tal-halliel. Hu wiegbu,
……… “Nghidlek is-sewwa li llum tkun fil-Genna mieghi”. (Luqa 23:43).
U Gesu zamm il-weghda tieghu. Min imur ghandu ma jkeccihx ‘il barra. Bhalma ddikjara lill-halliel li hu lest ghall-Genna, bla htija u perfett quddiemu, hekk ukoll ghalik.
“JEKK INT TISTQARR B’FOMMOK ‘IL-SIDNA GESU, U TEMMEN F’QALBEK LI ALLA QAJMU MILL-IMWIET, INT ISSALVA. (Rumani 10:9).