1.Ghax il-messag taghha huwa veru u ghal-dejjem.

Il-Bnedmin kollha huma bhal haxix, u l-glorja kollha tal-bniedem bhan-nwar tal-haxix. Nixef il-haxix, u waqa’ n-nwar tieghu, imma kelmet il-Mulej iddum ghal dejjem. (1 Pietru 1:24-25).

Sewwa l-kelma tal-Mulej; u l-eghmejjel tieghu kollha maghmulin bil-fedelta. (Salm 33:4).

2. Ghax hija l-kelma inspirata t’Alla.

L-Iskrittura kollha hi moghtija b’ispirazjoni minn Alla, u tiswa ghat-taghlim, ghac-canfir, ghat-twiddib, ghat-tahrig fil-haqq. (2 Timotju 3:16).

Taghmlu sewwa taghmlu attenzjoni ghalija, bhal dawl jiddi f’imkien imdallam, sakem il-jum jibda jzernaq, u l-kewkba ta’ filghodu titla’ f’qalbkom. Ghax il-profezija ma giet qatt fi-imghoddi bir-rieda tal-bniedem; imma nies qaddisa, mqanqlin mill-Ispirtu s-Santu, tkellmu. (2 Pietru 1:19-21).

3. Ghax Gesu qal:

Hu miktub: Il-bniedem ma jghix biss bil-hobx, izda b’kull kelma li tohrog minn fomm Alla. (Mattew 4:4).

Tassew, tassew, nghidilkom: Min jisma’ kelmti, u jemmen f’dak li baghatni, ikollu l-hajja ta’ dejjem, u ma jigix ghall-kundanna; izda jghaddi mill-mewt ghall-hajja. (Gwanni 5:24).

Jiena hu d-dawl tad-dinja: min jimxi warajja ma jimxix fid-dlam, imma jkollu d-dawl tal-hajja…Jekk izzommu fil-kelma tieghi, imbaghad tkunu tassew dixxipli tieghi; u taghrfu s-sewwa, u s-sewwa jaghmilkom helsin…Tassew, tassew, nghidilkom: Kull min jaghmel id-dnub hu l-ilsir tad-dnub…Jekk l-Iben jaghmilkom helsin, tkunu helsin tassew. (Gwanni 8:12, 31-32, 34, 36).

Is-sema u l-art ghaddu: izda kliemi ma jghaddix. (Mark 13:31).

4. Ghax turi t-triq ghall-hajja ta’ dejjem.

L-Iskrittura Mqaddsa tista’ taghmlek gharef ghas-salvazzjoni permezz tal-fidi, li hi fi Kristu Gesu. (2 Timotju 3:15).

Jekk ix-xhieda tal-bniedmin nilqghuha, ix-xhieda t’Alla hi aqwa; ghax din hi ix-xhieda t’Alla li hu ta dwar ibnu. Min jemmen fl-Iben t’Alla ghandu fih ix-xhieda: min ma jemminx f’Alla jaghmel lilu gibbieb, ghax ma jemminx ix-xhieda li ta Alla dwar Ibnu. U din hi x-xhieda:Alla tana l-hajja ta’ dejjem, u din il-hajja hi f’Ibnu. Min ghandu l-Iben ghandu l-hajja; u min m’ghandux l-Iben t’Alla m’ghandux il-hajja. ( 1 Gwann 5:9-12).

Alla hekk habb id-dinja, li ta l’Iben wahdieni tieghu, biex kull min jemmen bih ma jintilifx, izda jkollu l-hajja ta’ dejjem. Ghax Alla ma baghatx ‘l Ibnu fid-dinja biex jikkundanna d-dinja; izda biex id-dinja tkun salvata bih. Dak li jemmen bih nhux ikkundannat: izda min ma jemminx hu ga ikkundannat, ghax ma emminx bl-isem ta’ l-Iben wahdieni t’Alla. ( Gwann 3 : 16 - 18 ).

GHAX FIL-PAGNI TAGHHA NSIBU:

Mahfra
Il-profeti kollha jixhdu ghal Kristu, li dawk kollha li jemmnu fih jaqilghu l-mahfra ta’ dnubiethom b’ismu. (Atti 10:43).

L-imhabba t’Alla
B’dan dehret l’imhabba t’Alla ghalina, ghax Alla baghat ‘l ibnu l-wahdieni fid-dinja, biex ikollna l-hajja bih. F’dan qieghda l-imhabba: mhux ghax ahna habbejna ‘l Alla, imma ghax hu habbna, u baghat ‘l Ibnu biex ikun il-mezz tal-mahfra ghal dnubietna. ( 1 Gwann 4 : 9 - 10).
Minn dan gharafna l-imhabba t’Alla, ghax hu ta hajtu ghalina. ( 1 Gwann 3 : 16).

Sliem
Jien nisma’ dak li ghandu xi jghid Alla, il-Mulej: ghax hu jxandar is-sliem ghall-poplu tieghu, u ghall-fidili tieghu: izda thallihomx jergghu jaqghu fil-bluha. (Salm 85:8).
Ghandkom tahsbu fuq il-hwejjeg kollha li huma ta’ fama tajba…Dawk il-hwejjeg, li sew tghallimtu u kemm hadtu, u smajtu, u rajtu fija, aghmlu: u Alla tas-sliem ikun maghkom. (Filippin 4 : 8 - 9 ).

Tama zgura
Ktibt dan lilkom li temmnu fl-isem ta’ l-Iben t’Alla; biex tkunu tafu li ghandkom il-hajja ta’ dejjem. (1 Gwann 5 : 13).
Kull haga li nkitbet minn qabel, inkitbet ghat-taghlim taghna, biex bis-sabar u l-farag ta’ l-Iskrittura jkollna t-tama. (Rumani 15:4).

Purita
Kif jista zaghzugh izomm triqtu safja? Billi jhares il-kelma tieghek. (Salm 119:9).

Direzzjoni ghall-hajja
Kelmtek musbieh ghal riglejja, u dawl ghall-moghdija tieghi. (Salm 119:105).

Hena
Henjin dawk li jisimghu l-kelma t’Alla u jharsuha! ( Luqa 11 : 28 ).

Ghaliex taqra il-Bibbja?

Bible Baptist Church Malta