Min jemmen, min ma jemminx u min lanqas jimportah. Illum qed nghixu f’dinja moderna tal-kompjuter. X’jinteressawni l-hrejjef li kienu jbezzghu lin-nanna?

Jinteressak forsi s-safar? Dan hu fuljett mimli informazzjoni ghal safra li ghada pitghada se jkollok taghamel. Nistiednek taqrah biex tkun preparat u tkun taf x’se ssib.

TAGHLIM POPOLARI

Il-purgatorju ma kienx ivvintat mill-Knisja Kattolika. Qabel it-twelid ta’ Kristu hafna Gnus kienu jemmnu li wara l-mewt
Hemm purgatorju. Il-filosofu Grieg Platun ghallem li wara din il-hajja jehtieg tbati ghal htijietek qabel tidhol fil-hena, bhalma nafu wkoll li xi whud mil-Lhud kellhom idea tixxiebah. (2 Makkabin 12:39-45). U fil-knisja t-taghlim dwar il-purgatorju nibet kmieni. Infatti, Tertullian, wiehed mis-Santi Padri, jaghti hjiel tieghu fit-tieni seklu. Illum il-knisja Kattolika ghadha tghallem il-purgatorju.

“Wara mewthom igarrbu purifikazzjoni, biex jiksbu l-qdusija
mehtiega ha jidhlu fl-hena tas-sema” (Katakizmu tal-Knisja Kattolika, Pagna 257).
Il-purgatorju kiseb tant popolarita ghax hu taghlim bis-sens u logiku. Il-
bniedem ihoss fil-kuxjenza li hu hazing. Jaf ukoll li sakem jibqa’ mnigges ma jistax jidhol fil-prezenza majestuza t’Alla. Il-BIBBJA WKOLL TWISSI LI FIL_Genna ma jidhol xejn li jhammeg.(Apokalissi 21:27). Ghalhekk ir-religjon tipprovdi post ta’ tindif fejn ir-ruh tissaffa permezz tat-tbatija qabel tidhol il-Genna. Infatti “purgatorju” tfisser purifikazzjoni jew tisfija.
Abbli twegibni, “Iva, nixtieq kieku nehles minn dnubieti. Izda kif nista’ nkun cert li jezisti l-purgatorju? Forsi hu biss hrafa u sthajjil tal-bniedem. Fuq kollox, min jaf x’hemm ‘l hinn mill-qabar?”
Il-Mulej Gesu jaf xc’hemm, u gharrafna x’nistennew li nsibu wara mewtna. Fl-Iskrittura jghallimna kif nistghu nitnaddfu mill-hmieg tad-dnub. L-ewwelnett il-Mulej jassigurana li…..

1. ALLA L-MISSIER JAHFER TASSEW.
Meta tigdeb, tidghi, tqasqas fuq il-proxxmu tieghek, tobghod u tghir, ma tkunx qed tonqos lil ghajrek biss, izda tkun qed trribella kontra l-Hallieq tieghek. Meta tidneb tkun tghidlu: “Ma rridx nobdi l-ligi tieghek. Tindahallix. Naghmel li rrid jien”. Id-dnub hu offiza kontra Alla; ghalhekk Alla biss jista’ jahfirlek.
Imma Alla jahfer tabilhaqq? Ihobbni bizzejjed biex ihassar id-dejn tieghi kollu? Jew forsi jistenna li npatti jien ghal hzuniti?
Nahseb tafha l-parabbola ta’ l-Iben il-Hali. Meta l-guvni biddel fehmtu u qataghha li jmur lura d-dar, hass li ma kienx jixraqlu jissejjah iben iktar. Dnubietu kienu kbar wisq: kien irribella kontra missieru, harab mid-dar, insih u berbaq flusu fit-tbahrid. Min jaf kif kien se jilqghu meta jerga’ jarah? B’nofs qalb? B’rabja? Le! Meta kien ghadu ‘l boghod, missieru gera lejh, ghannqu mieghu, u biesu. Iz-zaghzugh qallu: “Ma jisthoqqlix nissejjah ibnek”. Ezattament; imma missieru tant kien ihobbu li minflok kastig xeddlu l-ahjar libsa, tah curkett u organizzalu festin li nissel l-ghira f’qalb huh. Hekk tkun l-imhabba t’Alla l-Missier ghalik jekk tirrikorri lejh.

Issa jekk Alla jahfer lill-midneb b’dan il-mod, jista fl-istess hin jitolbu hlas jew tpattija fil-purgatorju? F’parabbola ohra, meta l-qaddej kellu dejn ta’ ghaxart elef talent (miljuni ta’ liri), u ma kellux mnejn ihallas, is-sultan thassru, hafirlu u hallih imur. Lanqas centezmu ma hallas! Din hi l-weghda stupenda t’Alla: “Fi dnubiethom u htijiethom ma niftakarx izjed. (Lhud 10:17). Alla ma jmurx lura minn kelmtu, u lil min weghdu li ma jiftakarx iktar fi dnubietu mhux se jgieghlu jhallas ghalihom wara mewtu.

2. GESU KRISTU BATA MINFLOK IL-MIDINBIN.

Ghandek mnejn twiegeb: “Imma jekk id-dnub hu ksur tal-ligi t’Alla, u Alla hu Mhallef gust, jehtieg jitlob hlas ghal dnubieti. Lebda mhallef m’ghandu l-jedd jitlaq lill-akkuzat jekk jinstab hati. Il-gustizzja tiddomanda kastig shih. Mela jaghmel sens li jezisti purgatorju, fejn nircievi kastig ghal dnubieti”. Napprezza hsibijietek. Izda l-ghageb hu kif Alla sab mezz kif juri hniena mal-midneb u jehilsu, u fl-istess waqt jibqa’ gust u jikkastiga dnubu. Kif? Permezz tal-oassjoni u l-mewt ta’ Kristu. Isma x’tghid il-Bibbja: “Hu kien migruh (ferut) minhabba htijietna, mishuq (mahqur) minhabba l-hazen taghna; il-kastig li bih ghandna s-sliem kien fuqu, u bil-flagellazzjoni tieghu ahna fiqna. Bhan-naghag ahna lkoll intlifna; kulhadd sejjer ghal triqtu, u l-Mulej tefa’ fuqu l-hazen taghna lkoll.” (Isaija 53:5,6).
Din hi t-tifsira tat-tbatija ta’ l-Iben t’Alla fuq is-salib tal-Kalvarju.
Qed tinduna ghalfejn Kristu kien umiljat, sofra u miet? Mhux ghal xi hazen jew htija tieghu nnifsu. La hbiebu u lanqas l-ghedewwa tieghu qatt ma sabu fuqxiex jixluh jew jikkritikawh. Il-guri li ghadda minnu kkonferma kemm kien bla htija. Ghalfejn, mela, Alla ppermetta li jkun imsallab? “Hu kien migruh minhabba htijietna, mishuq minhabba l-hazen taghna.” Kristu tghabba bid-dnubiet ta’ hafna. Il-kastig li kien jixraq lill-midinbin “kien fuqu,” u b’hekk kisbilhom is-sliem m’Alla.
Peress li Kristu bata ghad-dnubiet ta’ niesu, hu l-gust minflok l-ingusti, Alla ma jiddomandax minghandhom li jpattu ghall-istess dnubiet. Alla ma jitlobx il-kastig tad-dnub darbtejn.

3.ID-DEMM TA’ KRISTU JNADDAF MINN KULL DNUB.

Imkien fil-Bibbja ma naqraw li n-nar tal-purgatorju jsaffi l-midneb minn dnubietu. Izda naqraw li “D-DEMM TA’ KRISTU JNADDAF MINN KULL DNUB”. (1 Gwanni 1:7). Mhux biss minn hafna dnubiet, izda mid-dnubiet kollha. Hemm certu hmieg li ghalkemm tahslu u toghrku, il-libsa tibqa’ tidher imtebba’. Imma d-demm ta’ Kristu hu effettiv tant li jnaddaf minn KULL dnub. Kulma jaghmel il-Mulej jaghmlu perfett. “Ghalkemm dnubietkom huma bhall-iskarlat, jibjadu daqs is-silg.” (Isaija 1:18).

GESU KRISTU NADDAFNA MINN DNUBIETNA…. (Lhud 1:3).

Hadd fil-Genna nhu se jinstema’ jghid li wasal hemm b’hiltu, ghax patta hu stess ghal dnubietu. Izda jkum hemm biss dawk li jirringrazzjaw lill-Mulej Gesu ghax kien biss bis-sahha tieghu li tnaddfu minn dnubiethom.

“LILU LI HABBNA, U HASILNA MINN DNUBIETNA F’DEMMU STESS…LILU GLORJA U QAWWA GHAL DEJJEM TA’ DEJJEM. AMEN.” (Apokalissi 1:5,6).

Habib, forsi s’issa ttamajt li meta tmut f’post ta’ tbatija biex tissaffa minn dnubietek. Dan il-post ma jezistix. L-opportunita biex titnaddaf u tinhafer totalment hi issa, waqt li ghadek haj. Alla, li dnibt kontrih, hu hanin u jahfer tassew lil min idur lejh. Hares lejn is-Salvatur li provdielna, lejn Kristu li miet bi tpattija shiha ghad-dnubiet ta’dawk li jafdaw fih. Demmu jista’ jnaddfek verament.

Temmen fil-purgatorju? Nispera li tkun tista’ twiegeb bhali: “Iva, nemmen fil-purgatorju li provdieli Alla. Il-purgatorju tieghi hu l-Mulej GESU KRISTU.”

TEMMEN FIL-PURGATORJU?

Bible Baptist Church Malta